Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Dun Martin Micallef ġie maħtur bħala Monsinjur. Dan tħabbar fil-jum li għaddejja l-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza.
Huwa twieled f’Ħal Luqa fl-10 ta’ Novembru tal-1967 u huwa ġie ordnat saċerdot fl-1996.
Fil-bidu tas-Seklu 21, Dun Martin Micallef kien kapillan fil-lokalitajiet ta’ Ħal Għaxaq u Wied il-Għajn.
Mill-2004, Dun Martin Micallef qed jippreżenta lill-Knisja fil-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità.
Huwa ilu jmexxi d-Dar tal-Providenza mill-ewwel ta’ Ottubru tal-2008.