Il-quddiesa tal-ordinazzjoni presbiterali ta’ tliet saċerdoti mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna saret dalgħodu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Fl-omelija l-Arċisqof fakkarhom li l-imħabba hi ċ-ċentru ta’ kollox inkluż tal-missjoni tagħhom bħala saċerdoti, waqt li awguralhom li jkunu mdawrin b’nies li huma ħerqana li jisimgħu lil Ġesù. Mons. Arċisqof ħeġġiġhom ma jagħmlu xejn għal wiċċ in-nies imma jagħmlu kollox għal Alla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tliet saċerdoti ġodda huma: Dun Gylan Camilleri mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn; Dun Clive Seychell mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara; u Patri Ian Zammit, tal‑Ordni tal‑Predikaturi.