Dun David Muscat weħel sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li l-Qorti tal-Appell sabitu ħati li permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali uża kliem ta’ mibegħda fuq persuni mill-komunità LGBTIQ+.
F’kitba minnhom, il-qassis Mosti ta’ 51 sena tkellem dwar il-possibbiltà li Abner Aquilina, li jinsab akkużat bil-qtil tal-istudenta Pollakka Paulina Dembska, kien omosesswali, bisesswali jew ippossedut mix-xitan u qal li “l-omosesswalità” kienet agħar milli tkun possedut.
Huwa kien ġie illiberat minn akkużi ta’ diskors ta’ mibegħda, wara li l-Qorti sabet li ma kienx hemm intenzjoni malizzjuża min-naħa tiegħu.
F’kumment ieħor, imtella’ taħt ritratt li juri lil Aquilina liebes flokk ikkulurit, Dun David Muscat qal li qisu kien għadu ġej lura mill-“gay pride”.
Ta’ dan id-diskors ingħata twissija formali mill-Arċisqof Charles Scicluna.