Dun Brendan Gatt nħatar bħala Vigarju Ġudizzjali tat-Tribunal Ekkleżjastiku tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, bid-data effettiva mis-7 ta’ Jannar 2018.
Dun Gatt inħatar f’din il-pożizzjoni mill-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles J. Scicluna.
Dun Brendan serva f’diversi parroċċi u komunitajiet, inkluż il-parroċċa tiegħu, il-Mosta. Bejn l-2009 u l-2012 kien rettur taż-Żona Pastorali Marija Omm il-Knisja, f’Ta’ Mlit, il-Mosta.
Mill-2014 ’l hawn huwa qed jgħin bħala saċerdot fil-Parroċċa ta’ San Ġużepp, l-Msida.
Bħalissa huwa jservi wkoll bħala direttur spiritwali ta’ diversi għaqdiet u gruppi fosthom it-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku f’Malta, u VOTO, il-Voluntiera tal-Ordni ta’ San Ġwann (SMOM)