Qabel jingħata l-aħħar tislima, bosta persuni nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lil Dun Anġ Seychell, fundatur tal-Fondazzjoni Dar Nazareth, fl-Oratorju tas-Santissimu Sagrament fiż-Żejtun stess fejn kien espost għall-pubbliku.
Dun Anġ, li miet is-Sibt li għadda fl-età ta’ 91 sena, se jibqa’ magħruf għall-ħidma twila li wettaq f’ħajtu b’risq persuni b’diżabilità, permezz tal-Fondazzjoni Nazareth, li waqqaf hu stess. Hu kien għadda wkoll id-dar personali tiegħu wkoll biex tintuża bħala residenza li tilqa’ persuni b’diżabilità, kif għadha sal-lum.
Il-funeral tiegħu se jsir illum mill-4:00 p.m. fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun. Wara jsir korteo, bis-sehem tal-għaqdiet mużikali tal-lokal, li jgħaddi minn quddiem Dar Nazareth saċ-Ċimiterju ta’ San Girgor fejn issir id-difna fil-qabar tal-Fondazzjoni Nazareth.