Id-dulċier u chocolatier Taljan Gaetano Mignano żar għadd ta’ stabbilimenti tal-catering f’Malta bil-għan li jipprovdi perspettiva friska u innovattiva dwar kif prodotti professjonali taċ-ċikkulata jistgħu jitilgħu livell ieħor. Iż-żjara saret b’kollaborazzjoni bejn ICAM Cioccolatieri, li tagħhom Chef Mignano hu l-ambaxxatur internazzjonali, u Goodies Ltd ta’ Ħal Qormi, bħala d-distributuri uffiċjali tagħhom f’Malta.
Matul iż-żjara tiegħu, ix-Chef Patissier Mignano, li fl-2008 rebaħ l-ewwel post fil-kampjonat dinji Gelato World Cup – Sigep, żar l-istabbilimenti ta’ Santa Lucia, Cateressence, Golden Harvest, u Chocolat d’Or. Iż-żjara ntlaqgħet tajjeb ħafna minn executive chefs u oħrajn li jaħdmu f’dawn il-kċejjen peress li bbenefikaw mill-għarfien u l-kompetenza wiesa’ ta’ chef li matul il-karriera tiegħu rebaħ 16-il premju f’dan il-qasam.
“Meta nkun qed noħloq prodotti ġodda, il-punt ta’ tluq tiegħi dejjem ikun li nagħżel l-aqwa prodotti ta’ kwalità. Hu propju għalhekk li dejjem nirrakkomanda l-prodotti ta’ ICAM Linea Professionale. Minbarra li jġorru magħhom il-wegħda ta’ kwalità ‘Made in Italy’, il-prodotti professjonali ta’ ICAM jirrappreżentaw dawk il-valuri importanti li jirreflettu l-identità tiegħi, fosthom kwalità għolja, tradizzjoni, etika u impenn sħiħ għal l-iktar togħma tajba,” spjega Chef Patissier Mignano.
Imwieled u mrobbi f’Napli, l-Italja, Chef Patissier Mignano sab l-ispirazzjoni tiegħu fil-wirt ta’ dulċiera fil-familja tiegħu stess. Kien għalhekk li beda jistudja l-arti kulinarja taħt il-gwida tal-Master Confectioner Taljan Gennaro Volpe. L-imħabba għal din il-professjoni u l-esperjenza li Mignano kiseb tul is-snin wassluh biex jirbaħ għadd ta’ unuri kemm fl-Italja kif ukoll internazzjonalment, bl-aqwa mument jasal fl-2008 meta kien iddikjarat l-aqwa wieħed fid-dinja fil-kompetizzjoni prestiġjuża tal-kampjonat dinji tal-ġelat.
Fl-2012, iddeċieda li jibda jieħu ħsieb in-negozju tal-familja u ħa impenn li jippromwovi il-kunċett ta’ “Kultura taċ-Ċikkulata” kemm mat-tim tiegħu kif ukoll mal-pubbliku. Dan kien jinkludi riforma sħiħa fis-serje kollha ta’ prodotti fosthom iċ-ċikkulatini, bars taċ-ċikkulata, mono portions u kejks li huma disinjati biex ikunu parti tradizzjonali u parti iktar innovattiva b’togħmiet aktar sofistikata. Din il-bidla saret wara għażla importanti tal-ingredjenti kollha u l-użu ta’ ċikkulata ta’ kwalità superjuri tal- ICAM, fosthom il-prodotti Grand Cru, Single Origin u taħlitiet ta’ kakaw mill-aqwa pjantaġġuni.
Rachel Mercieca, sales manager ta’ Goodies Ltd, qalet: “Il-fatt li għandna dulċier tal-kalibru ta’ Mignano li qed iżur l-iktar manifatturi tal-ħelu popolari f’Malta u jaqsam magħhom l-għarfien tiegħu hi tassew opportunità tajba. Se nkunu qed nistennew b’ħerqa biex naraw kif din l-interazzjoni u qsim ta’ ideat se jwasslu għal prodotti ġodda tal-ħelu għal gosti tal-klijenti f’Malta.”
Il-prodotti professjonali ta’ ICAM huma importati u mqassma minn Goodies Ltd, ibbażati f’Ħal Qormi. Il-kumpanija għandha iktar minn 23 sena esperjenza fl-importazzjoni u distribuzzjoni ta’ ċikkulati ta’ kwalità, prodotti tal-ħelu, delicatessen snacks u xorb lil supermarkets, ħwienet u stabbilimenti tal-ħelu f’Malta u Għawdex. Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel lil Goodies Ltd fuq : 2149 7800 / 7949 7800 jew jibgħat imejl lil: sales@goodies.com.mt