Qabel għeb minn fuq ir-radars, abbord l-ajruplan tal-EgyptAir daqqew l-allarmi li jindikaw li hemm duħħan jew nirien.
Skont infromazzjoni ppublikata fuq l-Aviation Herald, li huwa sit elettroniku ta’ ċertu portata tal-industrija tal-avjazzjoni, kien hemm duħħan fit-toilet u fis-sistema elettronika tal-ajruplan, minuti biss qabel għeb.
S’issa dan għadu mhux ikkonfermat, iżda l-Aviation Herald tgħid li rċeviet informazzjoni minn tliet sorsi differenti.
Informazzjoni mill-Aviation Herald