F’Marzu ta’ għaxar snin ilu seħħ l-aktar terremot qawwi li qatt ġie rreġistrat fil-Ġappun, li laqat il-kosta tal-Lvant tal-pajjiż.
It-terremot ta’ qawwa disgħa fuq l-skala richter kien tant qawwi li ċaqlaq lid-dinja.
Dan wassal għal tsunami li qatel aktar minn 18-il elf ruħ.
Kawża ta’ dan kollu ġie affettwat ukoll l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Fukushima, fejn ir-radjazzjoni bdiet ħierġa mill-impjant, b’konsegwenza li rat aktar minn 150,000 persuna kostretti li jevakwaw iż-żona.
Għaxar snin wara, dik iż-żona għadha hemm u bosta residenti baqgħu ma rritornawx.
Madanakollu fadal dubji kbar dwar kemm il-post huwa sigur u s-saħħa tan-nies.
L-awtoritajiet jemmnu li dan ser jieħu sa erbgħin sena biex ix-xogħol jitlesta bi spiża li diġà tammonta għal triljun Yen.