Tqajmu dubji serju dwar jekk hux se jiġi organizzat l-Logħob tal-Commonwealth tliet snin oħra, wara li l-istat Awstraljan ta’ Victoria ħassar il-pjani tiegħu li jospitahom minħabba problemi finanzjarji.
L-uniċi drabi li dan il-logħob tħassar kien minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija fl-1942 u fl-1946.
F’April tal-2022, l-istat ta’ Victoria kien offra b’mod volontarju li jorganizza l-avveniment, iżda issa qalet li għandha diffikultajiet minħabba li l-ispejjeż ittripplaw fuq l-istima oriġinali.
Il-Commonwealth Games hu avveniment mifrux fuq tnax-il ġurnata u li jseħħ kull erba’ snin fejn l-eks kolonji Brittaniċi, inkluża Malta, jikkompetu f’diversi dixxiplini.
Il-Commonwealth Games Federation saħqet li hi ddiżappuntata, għalkemm determinata li ssib soluzzjoni malajr kemm jista’ jkun.