Fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa Dubai intlaqat minn maltemp estrem.
Fil-fatt l-Emirati Għarab Magħquda rreġistrat iktar minn 14-il ċentimetru ta’ xita f’lejl wieħed, rekord li jammonta għal iktar minn sena u nofs ta’ xita.
Il-midja lokali qed tiddeskrivi dan l-avveniment bħala wieħed storiku li jaqbeż kull ħaġa li qatt ġiet iddokumentata fuq ix-xita fl-UAE mill-1949.
Kawża ta’ dan il-linja tal-ajru Emirates issospendiet it-titjriet li jitilqu minn Dubai b’mod immedjat.
Ħabbar dan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Dubai fejn spjega li sa nofsillejl it-tijiriet huma kollha ssospenduti minbarra għal dawk il-passiġġieri biss li jkunu fi tranżitu.
L-Emirati Għarab Magħquda huwa magħruf għan-nixfa u nuqqas ta’ xita matul is-sena kollha u għalhekk ħafna toroq m’għandhomx sistema ta’ drenaġġ. B’kawża ta’ hekk kellhom jinħarġu bawżers fit-toroq biex jiġbru l-ilma li beda jakkumula.
L-iskejjel madwar il-pajjiż ingħalqu wkoll u l-awtoritajiet ħeġġew lill-impjegati tal-Gvern biex jaħdmu mid-dar.
Kawża tal-għargħar bla ħsieb li ħakem lill-pajjiż, anzjan ta’ 70 sena tilef ħajtu wara li l-karozza tiegħu mxiet mal-ilmijiet.
Intant l-ajruporti fl-Emirati Għarab Magħquda talbu lill-passiġġieri biex ma jmorrux fl-ajruporti sakemm ma jkunx każ ta’ emerġenza.