Splużjoni f’park industrijali fiċ-Ċina qatlet dsatax-il persuna u darbet tnax oħra. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Ċiniża Xinhua l-isplużjoni seħħet fil-provinżja ta’ Sichuan.
Sa issa mhux magħruf x’ikkawża din l-isplużjoni f’impjant fejn isiru kimiċi għall-ikel u prodotti farmaċewtiċi.
Rapporti f’diversi mezzi tax-xandir sostnew li n-nirien ħonqu t-tlett sulari tal-binja tal-impjant u djar fil-viċin intlaqtu wkoll. Hu mifhum li l-awtoritajiet Ċiniżi qed iwettqu investigazzjoni fuq dan il-każ.