Stimi preliminari dwar il-valur tal-ikbar qabda ta’ droga li qatt saret mid-Dwana f’pajjiżna, iktar kmieni dan ix-xahar, juru li din għandha valur s- suq ta’ €20 miljun.
Il-gazzetta KullĦadd żvelat li mkejjen qrib l-investigazzjoni kkonfermaw li l-ewwel indikazzjonijiet huma li d-droga hi waħda pura u jekk wieħed juża l-istimi tal-prezz indikat għall-kokaina r-rapport nazzjonali dwar is-sitwazzjoni tad-droga fl-2015 jasal għal dan il-prezz meqjus bħala fenomenali.
Il-prezz huwa ta’ madwar €68 kull gramma u meta wieħed iqis li t-300 kilo li nqabdu jfissru 300,000 gramma dan huwa total ta’ €20,400,000.
Il-qabda tad-droga saret s-16 ta’ Marzu u l-Ħadd li għadda l-gazzetta KullĦadd żvelat li kienet kbira daqs il-qabdiet tal-għaxar snin ta’ qabel magħduda flimkien u l-investigazzjoni ġibdet l-interess tal-Europol u l-Maġistratura Spanjola, il-pajjiż fejn kien maħsub li d-droga kienet sejra mill-Port Ħieles ta’ Malta.