Il-kampanja ta’ Drinkawaremalta għall-istaġun tal-festi 2019 hi ċċentrata fuq messaġġi diretti li juru r-realtajiet iebsa u l-konsegwenzi possibilment koroh riżultat mill-abbuż tal-akoħol, bl-għan li l-qarrej jieqaf u jaħseb. Permezz ta’ użu għaqli ta’ kliem, Drinkawaremalta qed tistieden lill-qarrej biex jirrifletti mhux biss is-sitwazzjoni tiegħu iżda wkoll fuq dawk ta’ madwaru, u kif dan jista’ jinbidel b’mod drastiku permezz ta’ abbuż bla ħsieb tal-alkoħol.
“Il-messaġġ ta’ din is-sena hi sejħa għall-azzjoni li tistieden lil kull min biħsiebu jgawdi l-alkoħol fil-ġimgħat li ġejjin biex iżomm moħħu ffukat fuq dak li verament jagħmel dan l-istaġun tal-festi żmien ta’ ferħ – is-saħħa, il-familja u l-ħbieb. L-abbuż tal-alkoħol jista’ jkisser il-ħajja ta’ dak li jkun u ta’ oħrajn f’ħakka t’għajn,” qal Ray Grech, Direttur Ġenerali ta’ The Sense Group li tmexxi l-kampanja Drinkawaremalta. “Minbarra li qed tħeġġeġ kawtela, il-kampanja qed tinkuraġġixxi lin-nies biex iżommu għajnejhom miftuħin fuq il-familja u l-ħbieb li jistgħu ma jirrealizzawx li d-drawwiet tal-alkoħol tagħhom jista’ fil-fatt iwassal ghal inċident.”
Il-website tat-TSG drinkawaremalta.com tipprovdi tagħrif utli dwar l-effetti tal-alkoħol, pariri u gwida għall-ġenituri, u kif wieħed jista’ jgawdi l-alkoħol mingħajr intossikazzjoni. Uħud mill-passi prattiċi jinkludu li tqassam l-ammont ta’ xorb bi perjodi t’astinenza, li tixrob l-ilma b’mod frekwenti, tiekol qabel u waqt l-avveniment, u tevita li tħallat tipi differenti ta’ xorb alkoħoliku.
Is-Sur Grech enfasizza li l-moderazzjoni hi fattur ewlieni u għandha tkun drawwa fil-konsum tal-alkoħol. Hu żied jgħid: “Minbarra li nħeġġu lin-nies biex ma jixorbux u jsuqu, li kif nafu sewwa jista’ jwassal għall-konsegwenzi devastanti, din is-sena qed inħeġġu wkoll lil dawk li jabbużaw mill-alkoħol u l-maħbubin tagħhom biex joqogħdu bilqegħda u jitħaddu b’mod onest u mingħajr kantunieri dwar kif jistgħu jaffrontaw il-problema b’mod pożittiv u bl-appoġġ ta’ dawk madwarhom.”
Imwaqqfa fl-1997 minn produtturi u importaturi ta’ xorb alkoħoliku, TSG tippromwovi programmi u prattiki li joħolqu rwol pożittiv għall-alkoħol fis-soċjetà Maltija u tindirizza kwistjonijiet relatati ma’ abbuż ta’ alkoħol u użu ħażin.