Id-Derby bejn il-ġirien iżda rivali eterni Mosta u Naxxar Lions dejjem ikun mistenni minn bosta, iżfa dan naqas milli jilħaq l-aspettattiva hekk kif il-konfront ta’ benjiethom intemm fi draw ta’ mingħajr goals.
Kienu Naxxar li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta daqqa ta’ ras ta’ Pablo Servo De Carvalho minn pożizzjoni ideali għaddiet ftit barra.
Din kienet l-unika azzjoni denja ta’ nota f’din it-taqsima, li kienet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground.
Fit-53 minuta, waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota minn Mosta meta Linus Precious Tenebe kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tispiċċa f’idejn il-goalkeeper ta’ Naxxar, Matthias Debono.
Sitt minuti wara, kien Gianluca Sciberras dejjem għall-Blues li minn pożizzjoni ideali ra lil Debono jsalva bi bravura.
Mosta komplew jippressaw u fit-80 minuta resqu viċin li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta Armen Hovhannisyan kellu x-xutt tiegħu salvata minn fuq il-linja fatali minn Ryan Gilmour Cassar, biex salva goal ċert.
Fil-88 minuta Mosta protestaw għal penalty hekk kif wieħed mill-plejers ta’ Naxxar deher imiss il-ballun b’idu iżda ħalla l-logħob għaddej.
Fid-90 minuta, Naxxar, qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Pablo Augusto Servo De Carvalho permezz ta’ karta ħamra diretta.
L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.
Referee: Philip Farrugia
BOV Plejer tal-Logħba: Linus Precious Tenebe (Mosta)