Hibernians u Balzan temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.
Il-Pawlisti kellhom lill-player żagħżugħ Lucas Caruana sospiż u Jurgen Degabriele nieqes minħabba injury, iżda għalihom irritornaw minn sospensjoni Pedro Henrique Nunes Silva li ġie utilizzat bħala sostitut fid-79 minuta fejn ħa post iż-żagħżugħ Matthew Ellul, u Alfred Silas. Dan filwaqt li għal Balzan irritorna fl-azzjoni il-player żagħżugħ Nicholas Pulis, wara li serva logħba sospensjoni.
Kienu Hibernians li ħarġu fuq l-offensiva u wara ħames minuti Dexter Xuereb kellu x-xutt tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.
Balzan wieġbu fit-28 minuta meta Dimeji Wsoanya avvanza tajjeb fil-kaxxa, xeħet cross għan-nofs iżda Kurt Shaw kien pront u kllerja l-ballun f’sigurtá.
Il-Pawlisti reġgħu ħolqu l-periklu fit-32 minuta permezz ta’ xutt mid-distanza tal-captain Bjorn Kristensen li ntemm ftit għoli.
Balzan irrispondew ħames minuti wara meta Victur Blasco Llorens kellu xutt mid-distanza li ntemm ftit barra.
Il-partita kompliet tisbieħ u fit-42 minuta kienu Hibernians li ħolqu l-periklu meta De Souza approfitta minn żball ta’ Hernri Braham Stanic, avvanza tajjeb izda kellu x-xutt tiegħu jiġi devjat mill-istess Stanic f’corner.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Balzan ħolqu l-periklu meta Dimeji Awosnya avvanza fil-kaxxa qabel kellu t-tentattiv tiegħu jintemm barra.
Fid-49 minuta, wara li rċieva minn freekcik Kamsoba għal Balzan kellu x-xutt tiegħu salvat mill-goalkepeer Spanjol ta’ Hibernians, Sanchez, mingħajr tbatija.
Hibernians wieġbu sekondi biss wara meta Carvalho għadda tajjeb lejn Villela li kellu x-xutt tiegħu jistampa mal-mimduda, b’Balzan jeħilsuha ħafif.
Huma komplew jippressaw u minuta biss wara Vilella kellu l-konklużjoni tiegħu salvata tajjeb minn Golovic.
Kulma jmur kompla d-dominju tal-Pawlisti u fit-63 minuta Villela prova jaħsad lil Golovic li nqabad ftit barra minn postu permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda ntemm għoli.
Fil-71 minuta Hibernians resqu viċin li jjftħu l-iskor meta Golovic naqas milli jikkontrolla tajjeb minn azzjoni ta’ freekick, bil-ballun jintemm għand Villela li iżda minn taħt il-lasta spara għoli.
Fit-80 minuta Kurt Shaw għal Hibernians sab lil Golovic attent li salva tajjeb. Mumenti qabel tmiem il-partita Balzan tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta xutt ta’ Dimeji Awosanya intemm ftit barra, bl-iskor jibqa’ ma jinbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.
Referee: Daniel Casha
Plejer tal-Logħba: Bjorn Kristensen (Hibernians FC)