Fl-ewwel partita tal-Ħadd fl-Stadium Nazzjonali F’ Ta Qali Balzan u Sliema Wanderers ħadu punt kull wieħed fi-draw ta’ 1-1.
L-ewwel azzjoni fil-partita waslet fid-9 minuta meta wara żball fid-difiża ta’ Sliema kien hemm konklużjoni min naħa ta’ Balzan li kienet newtralizzata tajjeb mil-goalkeeper ta’ Sliema Rasheed Al Tumi.
Sliema wieġbu fit- 22 minuta meta kien Lydon Micallef li għadda ballun lejn Abdulahi Mohammed li kellu x-xutt tiegħu minn ġol-kaxxa li għadda ftit barra.
Balzan fetħu l-iskor man-nofs siegħa logħob meta kien hemm żball difensiv bejn l-goalkeeper u d-difiża ta’ Sliema, żball li approfitta minnhu George Blackwood li bla ebda problemi u fl-lasti vojta tefa’ l-ballun fix-xibka u lill-Balzan 1-0 fil-vantaġġ.
Wara din l-azzjoni ma’ kienet innotata ebda azzjoni oħra denja ta’ nota sat-tmiem l-ewwel taqsima, bit-tim ta’ Balzan daħal jistrieħ b’vantaġġ ta’ 1-0.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Balzan ħarġu fuq l-attakk u propju kien Vito Plut li kellu tentattiv minn ġol-kaxxa li għadda barra.
Fit-62 minuta kienu Balzan li wieġbu meta kien Olivier Rommens li għadda ballun lejn Aleksa Andrejic li kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu minn ġol-kaxxa li kien salvat mill-goalkeeper Al Tumi.
Hekk kif kollox deher li Balzan kienu qed resqin lejn rebħa, Sliema għamlu l-iskor indaqs fil-ħin miżjud meta wara azzjoni ta’ kross l-ballun ntemm għand s-sostitut Nicholas Strickland li b’daqqa ta’ ras tefa’ ballun wara l-goalkeeper Rudy Briffa għal skor finali ta’ 1 – 1.
Referee: Alex Johnson
BOV Plejer tal-logħba: Gustavo Alcino (Sliema W.)