Birkirkara bdew it-taqtigħa tagħhom kontra l-klabb tal-Premier League Skoċċiż, Hearts, b’riżultat pożittiv hekk kif fl-ewwel partita mit-tieni round tal-kwalifikazzjoni għall-Europa League, kisbu draw ta’ 0-0.
L-Iskoċċiżzi kellhom gowl imħassar fl-ewwel taqsima, waqt li laqtu l-lasta fit-tieni nofs tal-partita, iżda bi qlubija l-Kalkariżi żammew ir-riżultat biex issa jieħdu draw prestiġjuż magħhom l-Iskozja.
Is-sena l-oħra, fi prestazzjoni daqstant determinata, Birkirkara kienu rebħu lit-tim Ingliż ta’ West Ham f’pajjiżna, biex inqalgħu biss wara l-għoti tal-penalties.
Nawguraw li din id-darba, l-furtuna tkun fuq in-naħa tal-Maltin!
Intant, f’partita oħra mir-round tal-kwalifikazzjoni taċ-Champions League, Celtic tilfu kontra t-tim minuri ta’ Lincoln Red Imps tal-Ġibilta. Din kienet proprju l-ewwel logħba kompetittiva għal Brendan Rodgers, eks kowċ ta’ Liverpool, fit-tmun tal-klabb kbir Skoċċiż. Kritiċi ddeskrivew din it-telfa bħala l-iktar riżultat umiljanti fl-istorja ta’ Celtic. Il-pressjoni issa tinsab kollha Rodgers biex wara li tkeċċa mill-eks irwol tiegħu ma’ Liverpool, jibża għall-ġildu ma’ Celtic FC.