F’partita ta’ ħbiberija, Malta, temmet il-konfront tagħha kontra s-Slovenja fi draw ta’ 2-2.
Dan id-draw jista’ jitqies bħala wieħed ġust u prestiġjuż għall-Maltin kemm għax kien l-ewwel wieħed għalina kontra dan in-nazzjon, kif ukoll meta wieħed iqis il- qawwa tal-avversarji tagħna li jinsabu rrenkjati fil-55 post tar-rankings uffiċjali tal-FIFA, waqt li f’Ġunju li ġej, se jkunu qed jieħdu sehem fil-Kampjonati Ewropej tal-UEFA.
Malta bdiet b’din il-formazzjoni: Malta: Henry Bonello, Steve Borg (Enrico Pepe 46), Matthew Guillaumier, Jospeh Essien Mbong, Steve Pisani (Nikolai Muscat 76), Paul Mbong (Nevin Portelli 82), Luke Montebello (Kemar Reid 67), Juan Carlos Corbalan (Carlo Zammit Lonardelli 82), Yannick Yankam, Jean Borg, Zach Muscat.
Kienu l-Maltin li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta meta Matthew Guillaumier xeħet cross li sab lil Paul Mbong li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata bla wisq diffikultá mill-goalkeeper ta’ Atletico Madrid u captain tas-Slovenja, Jan Oblak.
Is-Sloveni wieġbu ħames minuti wara meta l-iskorer prolifiku ta’ RB Leipzig, Banjamin Sesko ma kkontrollax tajjeb il-ballun u kellu l-konklużjoni tiegħu kemmxejn fraġli tiġi salvata bla tbatija mill-goalkeeper Malti, Henry Binello.
Huma komplew fuq l-offensiva u fis-17-il minuta cross-shot insidjuż ta’ Jure Balkovec stampa mal-mimduda, bil-Maltin jeħilsuha ħafif.
Azzjoni wara l-oħra, finalment il-pressjoni tas-Sloveni ħalliet il-frott meta fit-28 minuta fetħu l-iskor meta wara pass lura tal-captain Steve Borg lejn Henry Bonello, dan tal-aħħar għadda pass erratiku li minnu approfitta bis-sħiħ Andraz Sporar, li tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Malta rrispondiet fid-39 minuta meta Paul Mbong temm azzjoni personali, dar ma’ difensur avverrsaju, qabel spara xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li għadda ftit għoli.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u fil-55 minuta, Paul Mbong bidel il-ballun ma’ Luke Monetbello, qabel kellu l-konklużjoni tiegħu taabat ma’ sieq Varja Drkusic u tintemm f’corner.
Iżda l-Maltin wettqu reazzjoni mill-aqwa u ta’ dan ġew ippremjati meta fl-54 minuta, ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ xutt mid-distanza tal-captain Matthew Guillaumier, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka,
U jidher li l-Maltin ma kinux kuntenti b’riżultat ta’ draw hekk kif erba’ minuti biss wara qalbu l-iskor favurihom permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ Steve Pisani li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tas-Slovenja, Vidi Belec, biex irriżulta goal tal-istampi.
Is-Sloveni wieġbu fl-64 minuta mata Sesko ikkontrolla tajjeb b’sidru qabel kellu t-tenttaiv tiegħu mill-viċin salvat b’mod stupend minn Bonello biex patta għall-iżball li wettaq fl-ewwel taqsima.
Huma komlew ifittxu l-goal tad-draw u rnexxilehom jagħmlu dan fil-81 minuta permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Benjamin Sesko, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.
Referee: Sandi Putros (Danimarka)
Ritratt: Gabriel Cassar