Fl-unika partita tal-Ħadd fit-Tony Bezzina Stadium Pieta Hotspurs u Valletta temmew l-konfront ta’ bejninthom fid-draw ta’ 1-1 f’partita li kienet kontrollata minn Andrea Sciriha.
Kienu t-tim ta’ Valletta li ħarġu fuq l-attakk hekk kif wara erbgħa minuti kien Nilton Saorez li kien perikoluż iżda pronta kienet id-difiża ta’ Pieta’ li klerjat il-periklu.
Minuta wara u għal darboħra reġa’ kien Nilton Soarez li provda kross u Shaun Dimech prova konklużjoni bir-ras, bil-goalkeeper ta’ Pietà kien attent u salva.
Sebgħa minuti u mill-ġdid Valletta meta wara indecizjoni fid-difiża ta’ Pietà kien Andrea Zammit li approfitta u qassam lejn Killian Bevis li prova xutt li kien newtralizzat mill-goalkeeper ta’ Pieta.
Pieta’ marru fil-vantaġġ fis-27 minuta meta kien Zean Leonardi li minn ġol-kaxxa kellu xutt angolat li intemm wara l-goalkeeper ta’ Vallletta Alessandro Guarrone.
Fil 35 minuta wieġbu t-tim mill-Kapitali meta kien Jean Borg li kellu konklużjoni bir-ras li kienet salvata minn Cini.
Fil-41 minuta Valletta naqsu milli jagħmlu l-iskor indaqs meta wara azzjoni ir-regolari fil-kaxxa ta’ Pieta, Valletta ġew mogħtija penalty li minnhu Shaun Dimech ra lill-goalkeeper ta’ Pieta’ isalva tajjeb.
Tlett minuti wara u Valletta kienu mogħtija penalty ieħor meta il-goalkeeper ta’ Pietà Cini waqqa’ lilll-Nilton Saorez fil-kaxxa u din d-darba inkariga ruħu mill-penalty Bradon Paiber li ma żbaljax u għamel l-iskor 1-1.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima iż-żewġ timijiet kellhom ċans kull wieħed fejn l-ewwel Pieta’ permezz ta’ Yamaguchi li prova xutt mid-distanza filwaqt li fl-azzjoni ta’ wara kienu Valletta meta kien Andrea Zammit li prova xutt sabiħ li kien salvat mil-goalkeeper ta’ Pieta’.
It-tieni taqsima kien pjuttost bilanċjata bl-ebda tim ma jkun perikoluż biex eventwalment il-konfront intemm 1 – 1.
Plejer tal-logħba – Kian Leonardi