F’konfront min-naħa ta’ isfel tal-klassifika, Santa Lucia u Sirens temmew il-kenfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1, b’dan id-draw żgur li ma kkuntenta lill ebda tim għall-aspirazzjonijiet tagħhhom għal tmiem l-istaġun.
Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel periklu wara 10 minuti meta minn azzjoni ta’ corner, Steve Pisani xeħet cross li sab lill-captain Jurgen Pisani li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata tajjeb mill-goalkeeper u captain ta’ Sirens, Andrea Cassar.
Huma komplew fuq l-offensiva u minuta biss wara Sven Xerri permezz ta’ xutt mid-dustanza reġa’ sab lil Cassar attent.
Dan sabiex fit-12-il minuta Alessio Piazza dejjem għal-Luċjani mill-viċin tefa’ barra.
Sirens wieġbu għall-ewwel darba sitt minuti wara meta xutt ta’ Prosper Boakye ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Francisco Celio Da Paz.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-26 minuta, Gilberto Martin ra l-konklużjoni tiegħu tistampa mal-minduda, biex mir-rebound, Andreas Panayiotou kellu t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-wieqfa.
Santa Lucia reġgħu ħolqu l-periklu fil-35 minuta meta Evandro Pinto Gomes kellu x-xutt tiegħi tiegħu minn azzjoni ta’ freekick jiġi salvat tajjeb minn Cassar.
Il-Luċjani fetħu l-iskor fit-68 minuta permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ Steve Pisani, li ma ta l-ebda ċans lil Andrea Cassar.
Iżda Sirens ma rmewx ix-xugaman, anzi wettqu reazzjoni tajba u fl-74 minuta ġabu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, Andreas Panayiotou, permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ ġewwa.
L-skor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed.
Referee: Malcolm Spiteri
BOV Plejer tal-Logħba: Steve Pisani (Santa Lucia)