Dramm bl-isem ta’ One Night in Miami mill-pinna ta’ Kemp Powers se joffri rakkont fittizzju tal-lejl storiku tal-1964, meta Muhammad Ali rebaħ kampjonat heavyweight kontra Sonny Liston. Id-Dramm se jagħmel id-debut tiegħu fid-Donmar Warehouse f’Londra fl-istaġun teatrali tal-ħarifa.
Id-Dramm huwa bbażat fiż-żmien fejn Ali kien jikkompeti b-isem Cassius Clay, u tirrakkonta kif dan iċċelebra din ir-rebħa storika f’kamra ġo lukanda flimkien ma tlett personalitajiet oħra tal-epoka : il-kampanjatur Malcom X, il-kantant Sam Cooke, u l-futboler Jim Brown. Dan kollu fost perjodu ta’ tensjoni ta’ bidla soċjali u l-qawmien tal-moviment tad-drittijiet ċivili.
L-Aħbar ta’ dan id-dramm ġdid jiġi xahar biss wara l- mewt tal-iktar boxer stamt tal-ġenerazzjoni, li ħalla din id-dinja f’Ġunju li għadda. Id-Direttur ta’ Donmar Warehouse, Josie Rouke, spjegat kif id-dramm mistenni jqanqal emozzjonijiet ta’ tensjoni u frustrazzjoni fost l-udjenza, meta mhux biss se jkunu mfakkra fit-talenti ta’ Muhammad Ali, iżda t-tbatija ta’ kull min għex fis-sittinijiet fejn is-soċjeta bdiet tinbidel.