Viktor Dragomanski tpoġġa taħt att ta’ akkuża dwar l-involviment tiegħu fil-qtil doppju ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski fl-2020.
Il-Maċedonjan Dragomanski qed jiġi mixli b’erba’ akkużi, fosthom il-kumpliċità tiegħu fl-omiċidju, serq aggravat mill-proprjetà tal-vittmi, vjolenza, u użu ta’ numru ta’ reġistrazzjoni tal-karozza li ma kienx tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Ispetturi James Grech u Colin Sheldon kienu ressqu lil Dragomanski, ta’ 38 sena, f’Awwissu tal-2020.
Il-Maċedonjan huwa t-tieni persuna li tpoġġiet taħt att ta’ akkuża f’dan il-każ, hekk kif l-Albaniż Daniel Muka kien tpoġġa taħt att ta’ akkuża fil-21 ta’ April.