Wara ħidma kbira mill-Kumitat tal-Malta Drag Racing Association fuq it-trakka, dan il-weekend ser isir l-aħħar avveniment għal din is-sena.
Dan għandu jkun l-akbar avveniment f’ħafna snin ġewwa Hal Far. Xejn inqas minn 110 parteċipant kemm lokali u barranin, 13 il-dragster fi klassijiet differenti, 2 karozzi mill-Manx Drag Racing Assocition, Model “T” proprjetà ta ‘Peter Astell-Burt u il-Banzai Dragster ta Ian Merryweather ġew trasportati lejn Malta mir-Renju Unit għal dan l-avveniment. Karozza oħra unika li ser naraw ġewwa Hal Far hi l Jet Car ta ‘Nitro Lord’ li waslet Malta mill Awstrija.
Għal darb’oħra ser nkunu qed naraw il-Dragster ta Mr. Whippy, Champion ta l-Ewropa tat-Top Methanol Dragsters fl-2012 u l-Duncan Micallef Champion Ewropew tat-Top Fuel Dragster ta l-Ewropa fl-2017. Micallef u t-tim tiegħu se jerġaw jippruvaw jiksru r-rekord tiegħu stess, li jkun ifisser ukoll il-ksir tar-rekord tat-trakka Maltija. Is-sewwieqa l-oħra wkoll mistennija li jtejbu l-aqwa ħinijiet tagħhom u bosta rekords għandhom jiġu miksura. Anita Makela,ċ-Ċhampion Renjanti ta l-Ewropa tat-Top Fuel Dragster, hija mistennija li izzur Ħal Far is-Sibt wara nofsinhar.
Minbarra l-kompetizzjoni bejn il-110 karozza dan l-avveniment għandu joffri spettaklu uniku għall-familja kollha. L-avveniment jibda mill-Ħamis 22 sal-Ħadd 25 ta ‘Novembru mill-11: 00 ta fil-għodu ‘il quddiem.