Għal darb’oħra, l-eks Champion Malti tal-FIA Top Fuel Drag Racing u l-aktar sewwieq veloċi, Duncan Micallef, reġa’ sar l-aktar sewwieq veloċi fl-Ewropa.
Micallef bħalissa jinsab fit-Tierp Arena fl-Iżvezja, jipparteċipa fl-iScandinavian Internationals, rawnd ieħor tal-FIA European Drag Racing Championship.
Fl-ewwel ġirja ta’ kwalifikazzjoni tiegħu, dritt mill-pits, Micallef mhux biss kiser ir-rekord tiegħu iżda wkoll waqqaf rekord Ewropew ġdid fl-iktar klassi veloċi tal motorsport fid-dinja. Il-ħin ta’ 3.79 sekondi u veloċità ta’ 321.4MPH ħallew lil kulħadd kemm dawk fl-arena kif ukoll li segwewħ fuq il-midja soċjali mmiraviljati.