Dr Victor Calvagna nħatar President Onorarju tal-klabb ta’ Fgura United FC.
Dr Calvagna li huwa tabib fl-Isptar Mater Dei, fundatur u ċ-Chairman tal-fondazzjoni Puttinu Cares u eks plejer tal-klabb ta’ Fgura United.
Fi stqarrija l-klabb spjega li Dr Calvagna jħaddan il-valuri tal-klabb.
Intqal kif ir-rabta bejn Fgura United FC u l-fondazzjoni Puttinu Cares tmur lura għal diversi snin.
Dan hekk kif il-klabb organizza żewġ maratoni ta’ 50 siegħa futbol bla waqfien b’risq Puttinu.
F’dawn il-maratoni nġabru aktar minn €13,000.
Intqal ukoll kif fiż-żmien qarib il-klabb mill-Fgura se jkun qed jorganizza t-tielet maratona b’risq Puttinu.
Dan biex jitfakkar il-ħamsin sena mit-twaqqif tal-klabb.