Natasha Azzopardi Muscat li hija tabiba, lettur u l-President tal-Assoċjazzjoni Ewropea tas-Saħħa Pubblika, ħa tibda tokkupa l-kariga ta’ Direttur tal-Policies tas-Saħħa mal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fl-Ewropa.
Dr Azzopardi Mucat ħabbret dan fuq il-midja soċjali, fejn stqarret li din se tkun paġna ġdida fil-karriera professjonali tagħha. Sostniet li tinsab ħerqana biex tibda taħdem ma’ Hans Kluge, kif ukoll ma’ kollegi Ewropej u networks Maltin f’dan iż-żmien tal-pandemija.
Fl-2017, ir-riċerka ta’ Dr Azzopardi Muscat ġiet rikonoxxuta mill-Għada Dinjija tas-Saħħa.
Tul iż-żmien hija okkupat diversi karigi fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, fosthom bħala Kap Mediku Eżekuttiv. Preżentament kienet qed tokkupa l-Kariga tal-Mediċina tas-Saħħa Pubblika fid-Direttorat tal-Informazzjoni u r-Riċerka fuq is-Saħħa.
Filwaqt li fl-2016 inħatret bħala President tal-Assoċjazzjoni Ewropea tas-Saħħa Pubblika.