Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela żaret il-Fondazzjoni St Jeanne Antide f’Ħal Tarxien. Din hija fondazzjoni li toffri għajnuna lil persuni li jkunu għaddejjin minn problemi soċjali fosthom dawk ta’ vjolenza domestika.
F’messaġġ fuq Facebook, hija qalet kif esprimiet il-gratiduni tagħha għall-ħidma li tagħmel din il-fondazzjoni. Dr Abela saħqet fuq il-ħtieġa li jkomplu jissaħħu dawn is-servizzi li jkunu ta’ għajnuna għall-vittmi.
Fl-istess messaġġ, mart il-Prim Ministru qalet kif matul din il-ġimgħa se tkun qed iżżur diversi għaqdiet u persuni fil-lokalitajiet tal-Fgura, il-Gudja, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien.
Matul din il-ġimgħa qed inżur diversi għaqdiet u persuni fil-lokalitajiet tal-#Fgura, il-#Gudja, #RaħalĠdid,…
Posted by Lydia Abela on Tuesday, January 19, 2021