Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela tlaqqmet bl-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Wara li tlaqqmet Dr Abela qalet li tinsab kburija b’Malta li kiseb dożi tal-vaċċin għal kulħadd.
Irrimarkat li pajjiżna għandu l-aqwa rata ta’ tilqim fl-Ewropa u konvinta li dan il-proċess ta’ tilqim se jwassal għal żmien isbaħ u aħjar.
Dr Lydia Abela ħeġġet lil kull min għandu ‘l fuq minn 30 sena biex jirreġistra fuq vaccin.gov.mt.
Spjegat li ftit jiem wara r-reġistrazzjoni, il-persuna tkun tlaqqmet u b’hekk tipproteġi lilha nnifsha u lil ta’ madwarha.