Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela inawgurat bini rinovat ta’ BVLGARI Boutique fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.
Dan il-bini huwa magħruf għall-istil arkitetturali tiegħu, li bil-karatteristiċi tiegħu, jagħmlu bini sinonimu ma’ Ruma, tant li meta wieħed jidħol f’dan il-bini, iħossu bħalikieku qiegħed Ruma.
Il-Bini kien infetaħ minn Sterling Group lura fl-2013, u kien l-ewwel ħanut ta’ BVLGARI f’pajjiżna, u l-karattru tal-belt kapitali Maltija kien ideali sabiex il-bini jsir parti minn din il-belt storika.
L-inawgurazzjoni kienet iċċelebrata b’mużika Taljana klassika fit-Teatru Rjal.