Mart il-Prim Ministru Lydia Abela, ħabbret l-inizjattiva ‘Smiles with Miles’, li huwa proġett nazzjonali favur l-eżerċizzju fiżiku, is-saħħa fiżika u mentali ta’ kulħadd.
Dr Lydia Abela ħeġġet biex kulħadd iniżżel app fuq il-mobile u joħroġ jimxi jew jiġri, bil-għan li jintlaħqu miri speċifiċi, li magħhom hemm marbuta diversi premji.
Lydia Abela kompliet tispjega li aktar ma jiġu akkumulati mili mill-poplazzjoni aktar jinġabru fondi b’risq adolexxenti fil-bżonn.
Hija ħeġġet biex wieħed isegwi l-paġna Smiles with Miles għaliex fuqha se jitħabbru aktar dettalji fil-ġranet li ġejjin.