Il-tfal u l-ambjent huma ta’ prijorità għall-Partit Laburista.
Dan kien il-messaġġ ewlieni li għaddiet mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela waqt laqgħa li kellha mat-tfal tal-programm Ekoskola.
F’laqgħa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, għaxart itfal ressqu l-proposti tagħhom dwar l-ambjent.
Hawnhekk it-tfal tkellmu dwar it-tħassib tagħhom dwar it-tibdil fil-klima u li jridu jaraw aktar spazji pubbliċi viċin id-djar tagħhom.
Dr Lydia Abela qalet kif il-manifest jinkludi t-tfal, fosthom il-garanzija għat-tfal.
Qalet kif dan se jwassal biex it-tfal jkollhom l-għodda kollha possibli biex jilħqu l-abilitajiet tagħhom.
Hawnhekk Dr Abela tkellmet dwar il-proposta ewlenija ta’ Gvern Laburista ġdid, li hija ta’ €700 miljun f’seba’ snin sabiex isiru proġetti ta’ spazji ħodor viċin id-djar tan-nies.
Dr Lydia Abela qalet kif jekk it-tfal u l-ambjent ikunu ta’ prijorità, il-futur huwa sabiħ.
F’din il-laqgħa, it-tfal tkellmu wkoll dwar il-homeworks, fejn it-tfal qalu li ftit ikollhom ċans biex ikellmu lill-ġenituri tagħhom.
Preżenti għal din il-laqgħa mat-tfal ta’ Ekoskola kien hemm id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef li fisser kif it-tfal huma fiċ-ċentru tal-manifest elettorali.
Hawnhekk semma proposti li jkun hemm iżjed lezzjonijiet tal-PE u li jkun hemm tibdil fil-kurrikulu, fost oħrajn.
Min-naħa tagħha, il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard qalet kif it-tfal huma l-preżent u l-futur tal-pajjiż.
Intqal kif it-tfal huma s-sinsla għall-futur ta’ pajjiżna.