WastServ qed tmexxi inizjattiva favur is-saħħa u l-benesseri tal-impjegati tagħhom, magħrufa bħala Health Week. Din kienet ukoll diskussjoni ewlenija waqt żjara li għamlet Mart il-Prim Minsitru Lydia Abela fil-WasteServ bħala parti mill-attivitajiet ta’ Smiles with Miles.
Dr Abela kienet akkumpanjata mill-Minstru għall-Amjent Aaron Farrugia u l-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Richard Bilocca.
Hija qalet,”Hija inizjattiva sabiħa ħafna min-naħa tal-WasteServ stess li qed jiddedikaw din il-ġimgħa għas-saħħa tal-impjegati tagħhom. Qed isiru wkoll diskussjonijiet dwar kif għandhom jieħdu ħsieb saħħithom kemm fiżikament u anke mentalment.”
Il-Minsitru Farrugia faħħar l-inizjattiva u rringrazzja lill-ħaddiema tal-WasteServ għall-ħidma tagħhom f’pajjiżna u sehemhom fil-kampanja Smiles with Miles. Huwa ħeġġeġ ukoll biex inizjattivi oħra.
Matul iż-żjara, akkumpanjata mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia,
Dr Lydia Abela ltaqgħet ma’ numru ta’ impjegati.
Dr Lydia Abela faħħret din l-inizjattiva u rringrazzjat lill-ħaddiema tal-WasteServ tal-ħidma tagħhom f’pajjiżna u tal-għajnuna waqt il-kampanja Smiles with Miles.
Din fil-fatt tibni fuq inizjattivi oħra tal-kumpanija, fosthom anke programm ta’ appoġġ li l-entità nediet aktar kmeini din is-sena b’kollaborazzjoni mal-Caritas.
Is-Sur Bilocca stqarr: “Qed jagħmlu xogħol siewi ħafna, servizz ambjentali importanti għall-pajjiż, u żaret attivitajiet tal-Health Week fejn qed inħeġġu l-ħaddiema jieħdu ħsieb saħħithom. Napprezzaw dawn iż-żjarat għaliex inkomplu nuru l-apprezzament lill-ħaddiema għax-xogħol li jagħmlu għall-pajjiż.”