Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela żaret iċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal il-Ġdid, fejn bħalissa l-anzjani qed jieħdu t-tilqima għal kontra l-Covid-19.
Is-Sinjura Abela rringrazzjat lill-ħaddiema u l-professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, għall-ħidma li qed iwettqu favur il-poplu Malti u Għawdxi.
Dr Abela appellat biex kulħadd imur jieħu t-tilqima għal kontra l-Covid-19 meta jirċievi l-ittra. Saħqet li kulħadd għandu jkompli jimxi mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa.