Dr Joey Reno Vella, se jinħatar bħala Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis.
Vella, li huwa Avukat, jispeċjalizza fil-qasam tal-liġi kriminali u ċivili kif ukoll fil-Qorti tal-familja.
Tul il-karriera tiegħu Dr Vella, ħadem fuq l-abbozzar tal-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis li wittiet it-triq għat-twaqqif tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Cannabis l-ARUC. Dr Vella ilu jikkontribwixxi b’mod attiv għall-iżvilupp tal-ARUC propju minn dakinhar fejn serva bħala Segretarju tal-Bord u bħala Membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità.
Din l-awtorità għandha l-għan li tirregola s-settur f’diversi oqsma fosthom il-liċenzjar ta’ assoċjazzjonijiet, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tagħhom.
Filwaqt li awgurat lil Dr Vella, is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg, irringrazzjat lis-Sur Leonid Mckay għal kontribuzzjoni tiegħu fit-tmexxija tal-ARUC.