Il-Bord tal-INDIS ħatar liċ-Chairperson attwali tiegħu, Dr Jean Pierre Attard, bħala Chairperson Eżekuttiv.
INDIS Malta Ltd hija responsabbli għall-amministrazzjoni tal-parks industrijali tal-Gvern u faċilitajiet relatati madwar Malta u Għawdex. Dr Attard ilu Chairperson ta’ din l-entità għal dawn l-aħħar tliet snin u huwa familjari ħafna mal-isfidi u l-pjanijiet tal-kumpanija għall-ġejjieni.
Id-deċiżjoni dwar il-ħatra tiegħu tħabbret mill-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet. Permezz ta’ stqarrija, l-Ministeru estenda l-awguri tiegħu lil Keith Fenech għall-ħatra internazzjonali prestiġjuża tiegħu bħala direttur ta’ kumpanija globali.
Il-Ministeru qal li huwa ta’ unur li Fenech, li bħalissa jokkupa r-rwol ta’ Kap Eżekuttiv ta’ INDIS Malta, ġie rikonoxxut għat-tmexxija u d-dedikazzjoni eċċezzjonali tiegħu.