l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Dr Ian Borg, fetaħ il-konferenza ‘Future of Automobility and Traffic’ bid-diskors tiegħu dwar dan is-suġġett. Huwa tkellem dwar ix-xogħlijiet infrastrutturali li qegħdin isiru madwar Malta kif ukoll dawk li huma fil-pjan għall-futur qrib. Dr Borg tkellem ukoll dwar inizjattivi u pjanijiet oħra li għandhom l-għan li jħeġġu aktar ċittadini biex jużaw trasport alternattiv u aktar nadif, favur inqas konġestjoni u tniġġis.
F’din il-konferenza, ipparteċipaw ukoll Ulrich Bez, Angelo Xuereb, Reinhold Karner, Julie Meyer u Tonio Darmanin. Is-seminar sar bl-għan li jiġu diskussi l-effetti tat-traffiku fuq l-ekonomija fis-snin li ġejjin, u kif ekonomija ta’ gżira żgħira bħal Malta għandha tipprepara għal dawn l-avvanzi.