Il-Gvern innomina lil Dr Gordon Cordina bħala Chairman tal-Bord tal-Bank of Valletta.
Fi stqarrija kien spjegat li ladarba l-ħatra tkun approvata, tidħol fis-seħħ fis-sebgħa ta’ Ottubru li ġej.
Dr Gordon Cordina hu fost l-ekonomisti ewlenin fil-gżejjer Maltin b’esperjenza professjonali mifruxa fuq 25 sena fil-qasam bankarju, tfassil ta’ politika, akkademja u konsulenza fis-settur privat. Huwa għandu wkoll snin ta’ esperjenza fil-Kumitat tal-Bord u Riskju f’istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin f’Malta.
Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri awgura lil Dr Cordina għal din il-ħatra u rringrazzja lis-Sur Taddeo Scerri għax-xogħol li wettaq bħala Chairman tal-BOV.