Il-President Emeritu George Vella u ċ-Chair Person tal-Fondazzjoni ALIVE Nicky Camilleri, li jaħdem fil-qasam tar-riċerka dwar il-kura tal-kanċer, ingħataw unur Honoris Causa f’ċerimonja mill-Università ta’ Malta.
Dan l-unur huwa l-ogħla wieħed li tista’ tagħti l-Università, lil dawk li jkunu ħadmu qatigħ matul ħajjithom fis-setturi rispettivi tagħhom.
Fil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, it-tmexxija tal-Università ta’ Malta, letturi u professjonisti, saru d-diskorsi ta’ għaliex Dr. Vella u s-Sur Camilleri ħaqqhom dan il-ġieħ.
F’diskorsi separati li għamlu wara li tlibbsu t-toga u ngħataw iċ-ċertifikat huma rringrazzjaw lil dawk kollha li emmnu fihom tul iż-żmien u kif ħidmiethom fis-soċjetà mhux se tieqaf.