Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, flimkien mal-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, ħatru lil Dr Alexandra Mamo u Ramon Mercieca bħala żewġ Deputati Kummissarji ġodda.
Id-Deputat Kummissarju Dr Alexandra Mamo, li wkoll hija l-ewwel mara li se tokkupa dan l-irwol, se tkun responsabbli mill-investigazzjonijiet speċjalizzati fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Filwaqt li d-Deputat Kummissarju Ramon Mercieca, se jkun responsabbli mid-Distretti.
Dawn il-ħatriet jikkumplimentaw il-ħidma li qed issir fi ħdan il-Korp biex dejjem jibqa’ joffri servizzi ġodda u aħjar lill-komunità.