“Il-Partit Nazzjonalista huwa sinonimu mad-Double Standards, imma issa dan mhux biss fuq bażi lokali iżda wkoll fuq bażi Ewropea fejn tidħol is-saltna tad-dritt.”
Dan qalu l-Ewroparlamentari Alex Agius Saliba waqt li żvela ittra uffiċjali datata 2 ta’ April 2020 illi bosta mexxejja tal-Partiti u delegazzjonijiet illi jifformaw parti mill-Partit Poplari Ewropw bagħtu lill-President tal-Partit Popolari Ewropew Donald Tusk sabiex id-delegazzjoni Ungeriża tal-Fidesz, il-Partit li jmexxi il-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban, jitkeċċa mill-istess Partit Popolari Ewropew.
Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista ntqal li hawnhekk id-double standards tal-Partit Nazzjonalista ħarġu bl-aktar ċar, għaliex dawk li tant taħraqhom qalbhom f’pajjiżna għas-saltna tad-dritt lanqas biss indenjaw jingħaqdu mal-kollegi Ewropej tagħhom sabiex ikunu firmatarji ta’ dan l-ittra importanti illi finalment wasslet sabiex jiġu approvati emendi fl-istatut tal-Partit Popolari Ewropew biex titkeċċa d-delegazzjoni ta’ Orban.
Il-Membru Parlamentari Ewropew tenna: “Kont nistenna li Roberta Casa, David Casa u l-Partit Nazzjonalista jkunu minn ta’ quddiem biex jiffirmaw din l-ittra wara s-sitwazzjonijiet li kien hemm fl-Ungerija fl-aħħar xhur, iżda, kont sejjer żbaljat għaliex jidher biċ-ċar li dawn jitkellmu fuq it-tisħiħ tal-istuzzjonijiet biss biex jattakaw lil pajjiżna.”
Il-Patit Laburista sostna li l-mistoqsija hija waħda ovvja, għalfejn il-PN qed ikompli jżid l-attakk tiegħu fuq pajjiżna meta pajjiżna qed ikun imfaħħar mill-Kummissjoni Ewropea tar-riformi kbar li qed nagħmlu u fil-konfront ta’ stat membru ieħor Ewropew baqgħu siekta u saħansitra baqgħu jipproteġuhom sal-aħħar?
Il-Partit Laburista temm jgħid li Alex Agius Saliba fakkar kif din mhux l-unika istanza fejn l-esponenti tal-PN qabżu għall-stati membri oħra fejn jidħlu problemi fl-istituzzjonijiet, hekk kif ftit tax-xhur ilu l-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew Roberta Metsola għaddiet numru ta’ emendi sabiex tipproteġi l-aġir antidemokratiku fil-Bulgarija tal-Prim Ministru Bojko Borrisov.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/03/04/metsola-u-casa-ma-jiffirmawx-ittra-kontra-l-partit-ta-orban-wara-nuqqasijiet-dwar-is-saltna-tad-dritt-fl-ungerija/