L-eks Kap u Deputat Nazzjonalista Adrian Delia ddefenda lil Joe Giglio, il-Kelliem għall-Intern tal-Partit Nazzjonalista, li qed jidher għal wieħed mit-tliet akkużati b’irregolaritajiet fi Transport Malta.
Fl-istess waqt Delia ħareġ ikun partiġġjan fuq l-allegat irregolaritajiet u attakka lill-Gvern.
Iżda mistoqsi jekk jarax xi ħaġa ħażina li deputat tal-Oppożizzjoni qed jiddefendi persuna implikata f’irregolaritajiet fit-testijiet tas-sewqan, Delia ddefenda lil Joe Giglio.
Qal, “Jekk xi ħadd mhux kapaċi bejn dak li jagħmel differenza bejn dak illi jgħid, jagħmel, jistqarr u jaġixxi l-politiku u dak li jipprattika avukat.”
Fil-każ ta’ allegat irregolaritajiet, Joe Giglio qed jidher għal Raul Antonio Pace, wieħed mit-tliet akkużati.
Mhux l-ewwel darba li Giglio spiċċa f’dan il-konflitt bejn kruċjata tal-Partit Nazzjonalista u l-interess personali f’xogħlu.
Hekk ġara fil-każ ta’ kuntratt ta’ xiri ta’ dgħajjes minn Transport Malta li l-awtorità ma kinitx kuntenta bihom u ma ħallsitx għalihom.
Dwar dan il-każ, il-Partit Nazzjonalista qal li kien hemm tender maħmuġ, li ntrebaħ minn min issa qed jiġi difiż fil-Qorti mill-istess Joe Giglio.
Bil-kejl tal-Partit Nazzjonalista, Joe Giglio mhux biss issa qed jiddefendi tender maħmuġ, iżda anke persuna implikata f’irregolaritajiet.