Fi stqarrija l-Partit Laburista saħaq li bil-politika tad-double standards il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia spiċċa verżjoni agħar mill-Kap tal-PN ta’ qablu. Il-Partit Laburista żied jgħid li filwaqt li hu rigressiv u negattiv daqs Simon Busuttil, Delia qed jispikka għall-fatt li għandu allegazzjonijiet fuq rasu li ma jridx li jkunu investigati. Dan meta fuq kull nitfa’ fuq ħaddieħor jitlob ir-riżenji.
Il-Partit Laburista qal li Adrian Delia kellu jitlob investigazzjoni fuq l-allegazzjonijiet li kien involut f’ħasil ta’ flus u li qed isiru min nies fil-partit tieghu stess, iżda għal darb’oħra ma għamilix u minflok talab li jiġi investigat kif ħarġet informazzjoni dwaru.
Il-Partit Laburista temm jgħid billi qal li l-ironija ħelwa hija li dalgħodu kien hemm iċapċpulu dawk li talbu r-riżenji fuq dokumenti falsifikati fuq il-Prim Ministru. Il-Partit Nazzjonalista ma fadallu l-ebda kredibbilta’.