Donnha ttieħdet sew fil-Partit Nazzjonalista din tad-double standards.
L-aħħar wieħed fil-lista huwa Ivan Castillo tas-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista. Kumment fuq facebook ta’ uffiċjal fil-Ministeru ta’ Helena Dalli tant inkwetah li dlonk mar jippreżentalha ittra biex tkeċċih.
Ladarba ħass hekk kellu kull dritt anke jekk il-Ministeru wieġeb f’ittra li tidher hawn taħt.
Iżda, dan Castillo seta qalilna li mhux dejjem jaħsibha l-istess.
L-aħħar li ħaddiem kiteb “ħadd wara ħadd tasal ta’ kulħadd” fil-konfront ta’ uffiċjali ta’ entità pubblika fejn jaħdem u l-Prim Ministru, sab lilu jiddefendih bħala rappreżentant tal-Union Ħaddiema Maqħgudin. Iva, sewwa qed taqra. Dan hu rappreżentant tal-UĦM, avolja m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-Partit Nazzjonalista!
Ivan Castillo għamel plejtu ma’ tmexxija ta’ entità pubblika wara li ħarġet notifika dwar dan il-kumment fuq facebook. Kellu kull dritt. Peró seta’ qalilna dan kollu meta llum mar jagħmel teatrin fuq facebook post.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2016/08/Ittra-ta-twegiba.pdf”]