Ftit tal-ħin ilu ssejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif double-decker inħakmet minn nirien f’Ta’ Kandja.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-14:45.
Fuq il-post hemm il-Pulziija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit u kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.