Il-gowler tat-tim nazzjonali Taljan u t-tim Franċiż Paris St-Germain, Gianluigi Donnarumma u t-tfajla tiegħu sfaw vittmi ta’ serqa armata, fir-residenza tagħhom, f’Pariġi.
Il-koppja ġiet attakkata minn diversi persuni, fejn saħansitra rabtuhom.
Skont rapporti mill-midja Franċiża, Donnarumma u t-tfajla tiegħu, irnexxielhom jaħarbu u jmorru fl-eqreb lukanda. fejn ħaddiema fl-istess lukanda, ħadu lill-koppja l-isptar.
Kelliem għall-Pulizija ta’ Pariġi, qalu li nfetħet investigazzjoni dwar dan il-każ.
Dan filwaqt li rapporti mhux uffiċjali qalu li l-valur t’oġġetti misruqa, fosthom ġojellerija u affarijiet ta’ lussu, kienu jammontaw għal nofs miljun ewro.
Minkejja li t-tfajla, il-mudella Alessia Elefante ma sofriet ebda ġrieħi, l-istilla tal-futbol Taljan, sofra xi ġrieħi ħfief.
Donnarumma, li għandu 24 sena, mar joqgħod Pariġi sentejn ilu, sabiex issieħeb mal-iskwadra Paris St-Germain.