Fl-10 ta’ Ġunju, il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono żaret il-Magro Food Village fix-Xewkija, Għawdex, fejn din irċiviet merħba sabiħa kif ukoll iltaqgħet mal-ħaddiema tal-kumpanija matul iż-żjara tagħha tal-post.
Sabiex jikkomemoraw id-90 anniversarju tad-ditta ‘Three Hills Brand’, il-Magro Brothers ippreżentaw donazzjoni ta’ €90,000 lill-‘Malta Community Chest Fund’ mingħand il-‘Magro Charity Foundation’ li ġiet stabbilità fl-1994 minn John u Michael Magro.
Fi tmiem iż-żjara tal-President Spiteri Debono, il-Kap Eżekuttiv Christian Magro ppreżenta l-pubblikazzjoni ‘A Century of Enterprise’ bħala tifkira ta’ din iż-żjara speċjali.