Il-Kumpaniji privati Norwex u Corinthia Group bejniethom taw donazzjoni ta’ madwar 22,000 maskra protettiva tat-tip N-95 lid-djar tal-anzjani u lil persuni b’diżabilità.
Waqt din id-donazzjoni is-Segretarju Parlamentari għall-anzjanità attiva u l-persuni b’diżabilità Silvio Parnis qal li din hija inizzjattiva li tgħin lil vulnerabbli.
L-Onor. Parnis stqarr: “Illum huwa ta sodisfazzjon għalija li nilqa żewġ kumpanijji, kumpanijja Norwex u l-kumpanijja ta’ Corinthia Group illi bl-għajnuna tagħhom irrigalaw lid-dipartiment tal-anzjani, lid-djar tal-anzjani tagħna u lil persuni b’diżabilità madwar 22,000 maskra sabiex ikunu jistghu jahdmu fil-qalba tal-qasam tal-anzjani u persuni b’diżabilità.”
F’isem Corinthia Group, Jean Pierre Schembri tkellem dwar kif bħala kumpanija dejjem ifittxu sabiex jgħinu lil ħaddieħor.
Huwa sostna: “Din hija waħda mil-inizjattivi li qed nħarsu lejha bħala kumpanijja biex ngħinu dejjem bl-għan aħħari biex ngħinu lis-soċjetà tagħna. Din hija waħda mill-prinċipji fundamentali li l-kumpanijja tagħna hija mibnija fuqhom. Hija dik li ngħinu lil ħaddieħor, allura llum qegħdin hawnhekk biex nagħmlu d-dmir tagħna lkoll.”
Il-Maniġer ta’ Norwex Martin Attard tkellem dwar kif l-għan ta’ din id-donazzjoni kienet sabiex f’dan iż-żmien bħala kumpanijja jgħinu lil komunità sabiex jagħmlu eħfef dan iż-żmien ta’ sfida.
Attard spejga: “Aħna Norwex Malta Limited minn dejjem nagħmlu inizjattivi biex ngħinu lil komunità u appuntu llum f’dan iż-żmien partikolari ħassejna li għandna bżonn nagħmlu xi ħaġa extra sabiex ngħinu lil komunità tamt fi bżonn u tant at risk f’din il-pandemija li għadejja bħalissa.”
Din id-donazzjoni hija parti mill-inizjattiva ‘ A Million Masks. A Million Thank Yous’ fejn il-grupp Norwex qassam miljun maskra protettiva madwar id-dinja.
Ritratti: MFCS_PS