Waqt serata mużiko-letterarja l-ġimgħa li għaddiet, bl-isem ta’ ‘Lwien’, il-Kulleġġ San Benedittu ppreżenta donazzjoni ġeneruża ta’ €6,000 lill-Hospice Malta, li nġabret fir-rappreżentazzjoni tal-pantomima ‘Xrek’, imtellgħa mill-istess studenti tiegħu.
Il-pantomima, li tagħmel parti mill-kalendarju kulturali, iġġib l-istudenti u eks-studenti, flimkien mal-għalliema fi tradizzjoni teatrali u kull sena tkun mistennija minn bosta.
Il-preżentazzjoni saret mill-Kap tal-Iskola Jonathan Portanier Mifsud, waqt li ntradd ħajr lil kull min ikkontribwixxa għal dan is-suċċess u l-ġenerożità li tkompli tagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ dawk li jirrikorru għas-servizzi ta’ Hospice Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI