Il-President-elett Donald Trump ħabbar li se jkun qed iħalli d-dinja tan-negozju “b’mod totali” biex jiffoka fuq il-presidenza u jevita l-perċezzjonijiet li jaf ikun hemm dwar kunflitt ta’ interess.
Trump qal li se jkun qed jispjega aktar dwar il-pjanijiet futuri tiegħu f’konferenza tal-aħbarijiet mat-tfal tiegħu x-xahar id-dieħel.
Fil-passat hu kien ċaħad li kien se jkun hemm kunflitt ta’ interess bejn in-negozji tiegħu u l-presidenza.