Il-President-elett tal-Istati Uniti, Donald Trump mhux se jkun qed jieħu passi kontra Hillary Clinton u l-każ tal-imejls, biex jgħin lil Clinton “tfieq”, qalet kelliema għall-President-elett.
L-istess kelliema qalet li Trump mhux se jkun qed jieħu passi u se jmur lura minn kelmtu meta kien qal li se jappunta prosekutur speċjali biex ifittex aktar informazzjoni dwar il-każ tal-eks Segretarja tal-Istat.
Trump kien hedded li se jitfa’ il-ħabs lil Clinton, fejn waqt attivitajiet politiċi hu kien jgħid ta’ spiss “Aqfluha!”